Qatt Smajt Bil-Kappella Li Kien Hemm Fuq Filfla?

 Qatt Smajt Bil-Kappella Li Kien Hemm Fuq Filfla?

Qatt smajt bil-kappella li kien hemm fuq Filfla?

Hekk hu, fuq il-gżira żgħira ta’ Filfla jingħad li kien hemm kappella żgħira, fil-fatt fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq wieħed jiltaqa’ ma’ dan it-trittiku tal-Madonna ta’ Filfla.

Din l-informazzjoni flimkien mar-ritratt ġew ippublikati fuq il-mezzi soċjali uffiċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Jingħad li dan it-trittiku kien jinsab f’kappella fuq il-gżira ta’ Filfla li maż-żmien ġiet dekonsagrata u l-affarijiet ta’ ġo fiha ttieħdu fil-kappella ta’ San Leone f’Bubaqra u aktar tard imxew għall-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com