“Qed Inżur Kull Dar Biex Naċċerta Ruħi Li L-Anzjani Għandhom Id-Dinjità Mistħoqqha”

“Qed inżur kull dar biex naċċerta ruħi li l-anzjani għandhom id-dinjità mistħoqqha.” Hekk sostna l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela wara li llum kompla jżur aktar djar tal-anzjani.
Dalgħodu għamel żjarat F’ Dar l-Annunzjata f’Ħal Tarxien, fir-Residenza San Ġużepp fil-Fgura u Casal Paola f’Raħal Ġdid.
“Determinat li nkomplu nagħtu dinjità u rispett lill-anzjani tagħna”, temm jgħid il-Ministru Abela.