“Qed Nifhem Sew Li L-Qorti B’Deċiżjoni Bħal Din Ġabet Tarbija Ta’ 3 xhur, U Wild Ieħor Ta’ Sena U Nofs, Orfni?” – Jason Micallef

 “Qed Nifhem Sew Li L-Qorti B’Deċiżjoni Bħal Din Ġabet Tarbija Ta’ 3 xhur, U Wild Ieħor Ta’ Sena U Nofs, Orfni?” – Jason Micallef

“Għadni kemm qrajt fuq kif b’deċiżjoni tal-Qorti, koppja miżżewġa b’tarbija ta’ 3 xhur, u wild ieħor ta’ sena u nofs, spiċċaw il-ħabs sakemm ikomplu l-investigazzjonijiet fuq il-każ li tressqu fuqu.”

Hekk għadu kemm kiteb Jason Micallef fuq il-mezzi soċjali tiegħu wara li lbieraħ waranofsinhar bdiet tinstemma kawża kontra Jason Farrugia ta’ 34 sena u martu Christine ta’ 26 sena, wara sitt xhur ta’ investigazzjoni.

Farrugia li huwa eks uffiċjal tal-Malta Gaming Authority qed ikun akkużat flimkien ma’ martu li taħdem bħala infermiera, b’ħasil ta’ flus u tixħim.

Il-Qorti f’din l-ewwel seduta ddeċidiet li t-tnejn li huma jinżammu arrestati.

“Ma ridtx nemmen kif talanqas l-Omm, ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest b’kundizzjonijiet, inkluż ‘house arrest’ jekk xejn, għal raġunijiet ta’ ħarsien maternali fuq tarbija ta’ 3 xhur u wild ieħor ta’ sena u nofs,” tenna Jason Micallef fil-messaġġ tiegħu dwar dan il-każ partikulari.

“Qed nifhem sew li l-Qorti b’deċiżjoni bħal din ġabet tarbija ta’ 3 xhur, u wild ieħor ta’ sena u nofs,  orfni?” staqsa Micallef, filwaqt li staqsa wkoll jekk xi ħadd fil-qasam legali jistax jilluminah f’sitwazzjoni bħal din.

Jason Micallef qal li hu ma jafx lil din il-koppja, però fl-opinjoni tiegħu “d-deċiżjoni tal-Qorti kienet waħda ħarxa ħafna, u nsensittiva għall-aħħar.”

X’taħsbu inthom dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com