Raġel Jindarab Gravi U Ieħor Jaħrab Wara Ġlieda Fl-Għadira
Raġel ta’ 28 sena min-Nepal sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ġlieda.
Il-każ seħħ iIlbieraħ, għall-ħabta tat-8:30pm, fil-bajja tal-Għadira, il-Mellieħa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħ argument bejn żewġt irġiel, in-Nepaliż li joqgħod il-Mellieħa u ieħor li ħarab minn fuq il-post. Waqt l-argument allegatament intużat ġebla.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.