Scaffolding Perikoluż – Twieġeb L-Awtorità Għas-Saħħa U S-Sigurtà Fuq Il-Post Tax-Xogħol

 Scaffolding Perikoluż – Twieġeb L-Awtorità Għas-Saħħa U S-Sigurtà Fuq Il-Post Tax-Xogħol

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tixtieq tiċċara xi punti rigward ilkaż ta’ scaffolding perikoluż li nqala’ minn mal-ħajt ta’ stabbiliment fil-Balluta.

L-OHSA saret taf mill-midja soċjali u immedjatament intbagħat uffiċjal tas-saħħa u s-sigurtà mill-OHSA fuq il-post fejn assigura li l-iscaffolding kien sar sigur wara li kien ankrat b’mod adegwat. L-OHSA qed tkompli bl-investigazzjoni tagħha dalgħodu.

L-OHSA tappella lill-partijiet konċernati kollha sabiex jaħdmu id f’id b’mod konkret ħalli jkunu assigurati postijiet tax-xogħol siguri għal kulħadd.

L-OHSA tinsisti bil-qawwa kollha li min josserva sitwazzjonijiet ta’ xogħol perikoluż għandu immedjatament jirrapporta lill-OHSA, anki b’mod anonimu sabiex il-perikli jiġu kontrollati u lħaddiema u terzi persuni ma jitħallewx fil-periklu.

L-OHSA tista tiġi kkuntattjata fuq 21247677 (waqt il-ħin tax-xogħol) jew 99496786 (wara l-ħin taxxogħol) jew b’email: [email protected] jew fuq il-paġna ta’ Facebook @ohsamalta

Ara wkoll:

Ritratt: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com