Sewwieq Ta’ Mutur Imut Wara Li Tilef Il-Kontroll U Nqabad Bejn Il-Crash Barrier Fi Triq Il-Kosta

 Sewwieq Ta’ Mutur Imut Wara Li Tilef Il-Kontroll U Nqabad Bejn Il-Crash Barrier Fi Triq Il-Kosta

Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu traġikament wara li tilef il-kontroll u ħabat.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tat-3am, fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Franċiż ta’ 35 sena residenti Tas-Sliema, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Honda CB 600, bil-konsegwenza li ħabat mal-crash barrier.

Mal-impatt, ir-raġel spiċċa maqbud bejn il-barrier, waqt li l-mutur baqa’ jitkaxkar għal diversi metri u spiċċa fis-siġar, fil-ġenb tat-triq.

Tim mediku ta’ l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com