Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi Wara Ħabta Fin-Naxxar

Raġel ta’ 57 sena residenti San Ġwann weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-7:15am, fi Triq Margaret A. Murray, in-Naxxar.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Vauxhall Mokka misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.