Tifla Ta’ 13-il Sema Ssofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqtet Minn Karozza Fis-Swieqi
Tifla Bulgara ta’ 13-il sena sofriet ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm, fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma li toqgħod l-Imsida ntlaqtet minn vettura Nissan March li kienet qed tinstaq minn Pollakka ta’ 34 sena residenti s-Swieqi.
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.