Tikolx Minn Dawn In-Noodles Għax Fih Livelli Għoljin Ta’ Pestiċida

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ 2-Chlorethanol (Pestiċida).
Deskrizzjoni tal-prodott: Instant noodles – Togħma ta’ tiġieġ
Isem tal-prodott fuq il-pakkett: Hao Hao Chicken Flavour
Ditta: ACECOOK
Piż: 74g
Data tad-durabbilità: 18/09/2022