Titħabbar Il-Mewt Tad-DJ Ian Lang

 Titħabbar Il-Mewt Tad-DJ Ian Lang

Tħabbret il-mewt tad-DJ popolari Ian Lang, fl-età ta’ 55 sena.

Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu minn martu Kathy Lang u t-tfal permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħhom.

Ian Lang li kien ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 30 sena, kien DJ popolari ferm fix-xena tad-divertiment f’Paceville kif ukoll f’bosta diskoteki madwar Malta. Huwa kien preżentatur ta’ diversi programm mużikali tul is-snin fuq l-istazzjon tar-radju Bay.

“B’għafsa ta’ qalb u b’dieqa kbira qiegħda nikteb dan il-messaġġ…Illum tinsab mistrieħ għażiż tiegħi Ian. Il-vojt tiegħek diġà qed jinħass u se nibqgħu nħossuh għal għomorna”, kitbet Kathy Lang.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com