Uffiċjali: Dr Bernard Grech Ikkonfermat Kap Tal-PN B’81% Tal-Voti
Dr Bernard Grech għadu kemm ġie kkonfermat bħala Kap tal-PN b’81% tal-voti mitfugħa mill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.
Dan kien konfermat miċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN Peter Fenech.
Huwa qal li minn 1,564 Kunsillier eliġibbli li jivvutaw, ħarġu jivvutaw 1,402, jiġifieri 90% ta’ dawk eliġibbli. 12-il vot kienu invalidi.
Voti favur Dr Bernard Grech kien hemm 1,124 filwaqt li kontra kien hemm 266.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu Dr Bernard Grech f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali rringrazzja lil dawk il-kunsilliera tal-PN li appoġġjawh b’vot b’saħħtu.
Huwa qal li se jkun qed isarraf dan il-vot f’aktar ħidma b’risq pajjiżna u b’risq il-Partit Nazzjonalista.
“Se nkun qed nelenka deċiżjonijiet importanti li b’kuraġġ irridu nieħdu flimkien biex dan il-Partit jimxi ‘l quddiem għall-passi li jmiss b’suċċess,” temm jgħid il-Kap tal-PN Bernard Grech.
Huwa se jkun qed jindirizza l-Kunsill Ġenerali fil-ħin li ġej.