Waqa’ Minn Fuq Trakk Waqt Li Kien Qiegħed Jgħabbi Xi Materjal

Illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fl-inħawi tal-Qasam Industrijali ta’ Kordin, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 48 sena residenti Ħal Qormi, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qiegħed jgħabbi xi materjal.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.