Wara Bidu Pospost Tar-Rebbiegħa Issa Qed Nistennew Temp Ferm Aktar Sħun…

Wara bidu pospost tar-rebbiegħa u temperaturi taħt il-medja staġjonali għal diversi ġimgħat, issa qed nistennew temp ferm aktar sħun b’temperaturi massimi li mistennija jissuperaw il-25°C.
It-temperaturi minimi jkunu madwar 10°C inqas.
Ir-riħ se jkun ħafif jew assenti għal madwar 10 ijiem.
L-indiċi tar-raġġi UV se jkomplu telgħin għal 9 li huma meqjusa għoljin ħafna.
Ritratt: Maria Micallef (l/tas-Siġġiewi)