Wara Tliet Snin Il-Katavru Ta’ Lassana Cisse Se Jkun Qed Jintbagħat Lura L-Kosta Tal-Avorju

 Wara Tliet Snin Il-Katavru Ta’ Lassana Cisse Se Jkun Qed Jintbagħat Lura L-Kosta Tal-Avorju

Il-katavru ta’ Lassana Cisse Souleymane li għadu f’Malta se jkun qed jintbagħat lura pajjiżu.

Rapport fis-sit ‘Times of Malta’ qal li sorsi viċin il-Gvern qalu li l-katavru ta’ Cisse se jkun qed jintbagħat il-Kosta tal-Avorju fil-jiem li ġejjin.

Lassana Cisse, kien immigrant ta’ 42 sena li nqatel kiesaħ u biered f’Ħal Far nhar is-6 ta’ April tal-2019. Huwa kien missier ta’ żewġt itfal.

B’rabta ma’ dan il-każ hemm proċeduri kriminali għaddejjin kontra l-eks suldati tal-AFM Francesco Fenech u Lorin Scicluna. Dan il-każ huwa meqjus bħala l-ewwel qtil razzjali f’pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com