X’Inhi S-Sitwazzjoni Tal-Covid-19 F’Pajjiżna Bħalissa?
![X’Inhi S-Sitwazzjoni Tal-Covid-19 F’Pajjiżna Bħalissa?](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/05/AdobeStock_232506511-2-scaled-1-850x560.jpeg)
Il-każi attivi bil-Covid-19 f’Malta f’dawn l-aħħar ġranet jidher li komplew niżlin hekk kif sal-lum hawn 2,148 persuna pożittiva għall-Covid-19.
L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 76 persuni, filwaqt li fiequ 160 persuna oħra.
In-numru ta’ mwiet żdied għal 716, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ persuni waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.