Żagħżugħ Ta’ 14-Il Sena Waqa’ Waqt Li Kien Qed Isuq Mutur Fit-Trakka Fin-Nadur
Illum, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija t’Għawdex ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa trakka tal-muturi li tinsab fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li żagħżugħ ta’ 14-il sena, waqa’ waqt li kien qiegħed isuq mutur fl-istess trakka u weġġa’.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.