Żiemel Imut Wara Li Sfratta Fl-Għalqa Tiegħu U Waqa’ Mill-Għoli Fl-Imsida

 Żiemel Imut Wara Li Sfratta Fl-Għalqa Tiegħu U Waqa’ Mill-Għoli Fl-Imsida

Dalgħodu, diversi persuni nqabdu f’traffiku kbir fl-Imsida u l-madwar wara li żiemel waqa’ minn għoli fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Jidher li ż-żiemel sfratta waqt li kien qed jistrieħ fl-għalqa fejn joqgħod bil-konsegwenza li waqa’ u ġie fit-triq. Huwa miet fuq il-post.

Dan l-aċċident seħħ għall-ħabta tas-7:30pm u t-triq kellha tingħalaq għal xi ħin.

Din it-triq hija waħda traffikuża ferm l-aktar f’dawk il-ħinijiet. Fortunatament f’dak il-mument ma’ kien għaddej ħadd, għaliex il-konsegwenzi kieku jkunu agħar.

Is-sit Talk.mt tkellem ma’ sid iż-żiemel u qal li huwa ddispjaċut immens minħabba ż-żiemel għax barra milli kien parti mill-għajxien tiegħu, kull bhima li jrabbu ssir parti minnhom.

“Imma aktar minn hekk iddispjaċut jew aħjar diżgustat bil-kummenti ta’ dawk li minn wara l-keyboard jaħsbu li jistgħu jiktbu kulma jiġihom f’moħħhom.” Kompla jgħid sid iż-żiemel.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com