Anzjan Jitlef Ħajtu F’Birżebbuġa

 Anzjan Jitlef Ħajtu F’Birżebbuġa

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li anzjan ma kienx irritorna d-dar, wara li aktar kmieni waranofsinhar kien mar jistad minn fuq l-irdumijiet fl-inħawi ta’ Għar Ħasan, f’Birżebbuġa

Fuq il-post indikat, fejn ir-raġel ta’ 72 sena residenti Ħal Tarxien kien qiegħed jistad, marru lPulizija tad-Distrett u hemmhekk sabu l-vettura tiegħu, kif ukoll xi oġġetti personali u affarijiet relatati tas-sajd.

Minnufih bdew tfittxijiet fiż-żona mill-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili minn fuq l-art, waqt li l-Forzi Armati ta’ Malta assistew bi tfittxijiet fil-baħar permezz ta’ patrol boat u millajru permezz ta’ ħelikopter.

Sfortunatament, dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra intlemaħ katavru f’daħla fil-blatmill-bugħaddasa tal-Forzi Armati, fejn ġie kkonfermat li kien tar-raġel ta’ 72 sena. Aktar tard il-kadavru ddaħħal fil-Bażi Marittima f’Xatt it-Tiben.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-anzjan x’aktarx waqa’ b’mod aċċidentali minn fuq lirdumijiet waqt li kien qiegħed jistad. Bil-każ ġie nfurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com