Argument Bejn Erba’ Persuni F’Marsalforn

 Argument Bejn Erba’ Persuni F’Marsalforn

Illum, għal xi s-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’argument fi Triq il-Port, Marsalforn, Għawdex.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien qam argument bejn erba’ persuni; Pollakka ta’ 25 sena, Pollakk ta’ 29 sena u żewġ Sirjani ta’ 23 u 26 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi ħaduhom l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, is-Sirjan ta’ 23 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-oħrajn ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com