Arrestata Persuna Oħra B’Rabta Ma’ ‘Romance Fraud’
Wara li s-sena li għaddiet tressqu l-Qorti numru ta’ persuni b’rabta ma’ allegat frodi magħruf bħala ‘romance fraud’, komplew l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ din l-iskema mill-Pulizija tadDistrett ta’ Raħal Ġdid u mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment talInvestigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji.
Dawn l-investigazzjonijiet wasslu biex ġiet identifikata persuna oħra allegatament involuta, raġel ta’ 40 sena min-Niġerja, residenti San Pawl il-Baħar. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel ħarab minn Malta, iżda fil-ġimgħat illi għaddew ġie arrestat fir-Renju Unit permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Internazzjonali maħruġ mill-Pulizija Maltija.
Ir-raġel kien deportat lejn Malta fis-sigħat illi għaddew u mistenni jitressaq il-Qorti llum għallħabta tal-ħdax u kwart ta’ dalgħodu (1115 hrs) quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello u jkun akkużat b’ħasil ta’ flus u li rċieva oġġetti misruqin, fost oħrajn.
Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Avukati Dr Karl Muscat, Dr Sean Xerri de Caro u Dr Abigail Caruana Vella mill-Ufficju tal-Avukat Generali, flimkien mal-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid u mill-Ispettur Claire Vella Borg mid-Dipartiment talInvestigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji.