Carmel Quatrocchi Huwa Ċ-Champion Tal-Mullett 2022

 Carmel Quatrocchi Huwa Ċ-Champion Tal-Mullett 2022

Carmelo Quattrocchi ilbieraħ kien iddikjarat Champion tal-Mulett f’ San Ġorġ, B`Bugia meta mhux biss rebaħ fil-ġurnata b’1.113kgs, iżda kien ir-rebbieħ ‘overall’ tal-League tal-Mulett 2022.’

Carmelo Quattrocchi qabad total ta’ 3.062 Kgs, bit-tieni post ‘overall’ imur għand il-veteran Charles Caruana b’2.382 Kgs. Ray Farrugia spiċċa fit-tielet post b’ 2.090 Kg. Charles Caruana rebaħ wkoll il-Biggest Fish Trophy ta’ din is-sena – ġentilment sponsorjat minn Marindex – b’mullet li jiżen 0.672kg.

Prosit lis-19- is-sajjieda kollha li pparteċipaw f’dan il-League. Fit-tieni post ġie Ray Farrugia b’ 0.936 kg, u t-tielet post għal John Attard b’0.818 kg.

Bħal ma dejjem isir, mhux biss ħut iżgħar minn 12 – il centimtru jiġi rritornat l-baħar malli jinqabad, iżda fl-aħħar tal-kompetizzjoni, il-ħut kollu jitpoġġa lura l-baħar wara li jintiżen.

Is-sajda li jmiss ser issir fl-10 ta’ Lulju, li se tkun mid-Doubles League, Sajda Numru 3

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com