Disa’ Stilel tad-Deheb Għat-Titular F’San Ġwann

Ilbieraħ fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann saret ċerimonja speċjali fejn sar it-tqegħid ta’ 9 stilel tad-deheb fuq it-titular tal-Knisja.
Dawn tqiegħdu mill-Eċċellenza Tiegħu Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Jude Scicluna u kienu rregalati mill-membri tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes.
It-titular ġie rrestawrat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann.
Is-Sindku tal-lokal Trevor Fenech faħħar l-għaqda fil-lokalità u rringrazzja wkoll diversi persuni li jagħtu kontribut b’riżq ir-raħal ta’ San Ġwann. “Flimkien inkomplu nagħmlu San Ġwann aħjar”, temm Fenech.