”Fallejna, Stajna Nsalvawk” – Maħsuda Bil-Mewt Ta’ Nicholas Camilleri
B’referenza għal mewt ta’ Nicholas Camilleri, hemm min kiteb il-fehma fuq il-mezzi soċjali li kieku kull min qara dak li kiteb Nicholas innifsu fis-16 ta’ Ġunju fl-4:29pm fuq il-profil tiegħu ta’ facebook, Nicholas forsi seta’ jiġi salvat.
Ħafna huma dawk maħsuda bl-aħbar tal-mewt ta’ Nicholas Camilleri li għall-bidu ġie rrappurtat bħala persuna nieqsa mill-Pulizija.
F’kitba twila fuq il-profil tiegħu ta’ facebook, Nicholas deher li kien għaddej minn żmien iebes u emozzjonijiet diffiċli. Filwaqt li uħud ikkumentawlu biex jagħmel kuraġġ u li ser jitolbu għalih, illum oħrajn qed isellmulu fuq din l-istess kitba.