Ferħ Ta’ Qattus Salvat Minn Ġo Magna Ta’ Karozza

Ferħ ta’ qattus daħal ġol-magna tal-karozza ta’ Paula Cauchi, Avukat u personalita’ magħrufa. Wara l-isforzi kollha min-naħa tagħha u sforzi ta’ xi Membri Parlamentari li nzertaw fil-post wara seduta parlamentari, il-qattus baqa’ ma ġix salvat.
Għaldaqstant intalbet l-għajnuna tal-ħaddiema tal-Animal Welfare li wara xi ħin salvaw il-ferħ tal-qattus. Paula appellat sabiex f’ċirkustanzi u f’sitwazzjonijiet simili, għandu jsir użu min-numru 1717 għall-għajnuna immedjata.