Ġejja S-Sħana Fil-Mediterran

 Ġejja S-Sħana Fil-Mediterran

Antiċiklun Nord-Afrikan se jissaħħaħ fil-Punent tal-Mediterran u jġib ħafna sħana f’dawk l-inħawi, iżda lokalment jibqa’ pjuttost dgħajjef u mbiegħed għalissa.

Dettalji:
It-temp se jkun xemxi jew bnazzi, kalm u ċar fil-jiem kollha tal-ġimgħa d-dieħla. L-indiċi tar-raġġi UV se jkunu għoljin ħafna (10) u t-temperaturi se jisħnu xi ftit b’mod gradwali ħafna..

Ir-riħ se jkun ġeneralment ħafif u varjabbli (sa Forza 3-4) b’żiffa minn fuq il-baħar matul il-jum..

It-temperaturi massimi se jogħlew gradwalment minn ~29°C fil-bidu tal-ġimgħa għal ~31°C sa tmiemha (ftit aktar mill-medja staġjonali), filwaqt li t-temperaturi minimi se jkunu wkoll ftit aktar mill-medja, bejn 20°C u 22°C..

It-temperatura tal-baħar tkompli togħla u issa tinsab f’medja ta’ 22°C, li hi madwar 1°C aktar mill-medja staġjonali għal nofs Ġunju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com