Għaliex Qed Ikun Hemm Iżjed Bram Fil-Baħar?

 Għaliex Qed Ikun Hemm Iżjed Bram Fil-Baħar?

Hekk kif il-ġranet issa saħnu ġmielhom, diversi nies irħewlha lejn il-baħar iżda kienu bosta li sabu sorpriżi koroh jistennewhom – il-bram! 🐙

Il-bram ilu mijiet ta’ snin jgħix fil-baħar Mediterran iżda f’dawn l-aħħar 20 sena l-kolonji tal-ispeċi 𝙋𝙚𝙡𝙖𝙜𝙞𝙖 𝙣𝙤𝙘𝙩𝙞𝙡𝙪𝙘𝙖 (ara ritratt) żdiedu u jkunu komuni ħafna fix-xhur tar-rebbiegħa. 📈

Minkejja li l-arja saħnet f’daqqa, il-baħar idum ferm iżjed biex jisħon/jiksaħ u wara x-xitwa kiesħa u twila li kellna, il-baħar għadu relattivament kiesaħ (~21°C). 🥶

Malli jisħon iżjed il-baħar dan it-tip ta’ bram jonqos drastikament, u jekk trid ma tinzortahx trid tmur f’bajjiet li jkunu jħarsu bil-kontra tal-kurrenti tar-riħ (u l-mewġ). 🌊

F’xi ġranet b’riħ varjabbli bħal tal-lum, dan ma jkunx possibbli allura ċ-ċans li tiltaqa’ ma’ dan il-bram ikun għoli kullimkien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com