Ġuvni Iweġġa’ Gravi F’Inċident Bejn Skateboard U Vettura Fis-Siġġiewi

 Ġuvni Iweġġa’ Gravi F’Inċident Bejn Skateboard U Vettura Fis-Siġġiewi

Ilbieraħ, għal xi l-għaxra ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn skateboard, li fuqha kien hemm ġuvni ta’ 15-il sena residenti s-Siġġiewi, u Volkswagen Golf, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 18-il sena residenti l-Ħamrun.

Il-ġuvni ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com