“Il-Gvern Għandu Jippubblika T-Termini Ma’ Timeframe Ċar Biex Titlesta L-Investigazzjoni” – Il-PN

 “Il-Gvern Għandu Jippubblika T-Termini Ma’ Timeframe Ċar Biex Titlesta L-Investigazzjoni” – Il-PN

Fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista ntqal li lllum sirna nafu mill-gazzetta Times of Malta li l-Gvern laqa’ t-talba li għamilt ilbieraħ f’isem l-Oppożizzjoni biex issir investigazzjoni indipendenti dwar l-operat tal-Pulizija fil-każ Iosif Galea.

“Dan huwa pass żgħir li għandhu jgħin biex nerġgħu nibdew nibnu l-kredibilitá fil-Korp tal-Pulizija”, qalet l-istqarrija.

“Kien ikun ferm aħjar pero li nsiru nafu dan mingħand il-Gvern ġaladarba wkoll din kienet proposta tal-Oppożizzjoni. Hekk titlob is-serjetá u l-maturitá.

Issa x’inhu l-pass li jmiss? Il-Partit Nazzjonalista se jinsisti li l-Gvern jippubblika t-termini mogħtija lill-Imħallef Depasquale flimkien ma’ timeframe ċar biex titlesta l-investigazzjoni. Il-Gvern għandu wkoll jintrabat minn issa li jippubblika r-rapport sħiħ li se jħejji l-Imħallef Depasquale.”

“F’isem il-Partit Nazzjonalista noffri id ta’ kooperazzjoni lill-Imħallef u lill-Gvern biex nsibu tarf din il-kobba mħabbla darba għal dejjem”, temmet tgħid l-istqarrija ffirmata minn Joe Giglio; Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com