Il-Pulizija Ssolvi Sensiela Ta’ Serq Mill-bajjiet

 Il-Pulizija Ssolvi Sensiela Ta’ Serq Mill-bajjiet

Waqt rondi spissi li qed isiru fl-inħawi tal-Bajja s-Sabiħa, Biżebbuġa, Kuntistabbli tal-Pulizija tal-Komunità rċieva informazzjoni dwar persuni, li x’aktarx huma involuti f’serq ta’ basktijiet u oġġetti oħra minn fuq bajjiet f’Birżebbuġa. Investigazzjonijiet konġunti bejn il-Pulizija tal-Għassa ta’ Birżebbuġa u l-Pulizija tal-Komunità wasslu biex fi ftit ħin ġew arrestati mara ta’ 40 sena u raġel ta’ 44 sena.

Minn diversi tfittxijiet li saru mill-Pulizija, inkluż fir-residenza tal-arrestati, il-Pulizija sabu diversi oġġetti li allegatament ġew irrappurtati misruqa minn fuq il-bajjiet f’Birżebbuġa f’dawn l-aħħar ġimgħat, fosthom; numru ta’ mobiles, diversi kartieri, nuċċalijiet, portable speakers u dokumenti personali ta’ terzi persuni. Iż-żewġ persuni qed jinżammu taħt arrest fil-Lock up tal-Pulizija fil-Furjana filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com