Illejla Jirritorna ‘The Malta International Wine Festival’

 Illejla Jirritorna ‘The Malta International Wine Festival’

📷:facebook.com/darylcauchiphotography

Mil-lum il-Ħamis 23 ta’ Ġunju sal-Ħadd 26 ta’ Ġunju, ser jirritorna l-festival Internazzjonali tal-Inbid, b’aktar minn 200 inbid differenti.

Apparti li dawk preżenti jistgħu jduqu inbejjed differenti, l-atmosfera tikkumplimenta b’mużika u ikel għal kulħadd. Tim mill-Istitut għall-istudji Turistiċi ser ikunu qed iwasslu lezzjonijiet b’xejn f’kull lejla b’tagħrif differenti dwar l-inbid.

Din is-sena, dan il-festival ser ikun qed jittella’ fil-ġnien tal-Argotti fil-Floriana. Id-dħul f’kull lejla mis-6pm ‘l quddiem huwa b’xejn u filwaqt li dan huwa avveniment għall-familja kollha, ix-xorb jiġi servut lil persuni ‘l fuq minn 17-il sena.

Dan il-festival huwa miġjub grazzi għal Segond Hotel f’Għawdex u Smart Group Malta. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.maltainternationalwinefestival.com 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com