“Illum 60 Kilo Inqas U Xorta Nirraġuna Li Rrid Ingawdi Kemm Niflaħ” – Joseph Agius

 “Illum 60 Kilo Inqas U Xorta Nirraġuna Li Rrid Ingawdi Kemm Niflaħ” – Joseph Agius

“Sena u nofs ilu beda kollox, illum 60 kilo inqas.” Hekk kiteb Joseph Agius fuq il-facebook tiegħu fejn spjega punt verament interessanti u iżjed minn hekk, importanti. Forsi ħafna li ma jkunux jistgħu jibdew id-dieta jgħidu ‘u iva darba tgħix.’ Biex itina kuraġġ, Joseph spjega kif:

“Dak iż-żmien kont nirraġuna li l-ħajja qasira mela ngawdi u ma niċċaħħad minn xejn, illum xorta għadni nirraġuna li l-ħajja qasira allura irid ingawdi bl-aħjar mod li nista`.”
Qal li beda t-triq prinċiparjament minħabba saħħt għax ma kellu xejn sew; maż-żmien il-pressjoni, cholesterol, zokkor, l-uġiegħ f’dahru u n-nifs bdew ġejjijn f’posthom u magħhom ġew ħafna aktar affarijiet sbieħ.
“Kultant l-hemm u l-hawn ikun hawn xi storja li tagħmel ftit storbju relatata mall-body shaming jew is-self love u iva naqbel li persuna għanda tkun kuntenta biha nnifisha u le ma naqbel qatt li xi ħadd iweġġa’ l-ħaddieħor minħabba kliem jew haġiet oħra. Iżda xorta nibqa’ nsostni li l-agħar ħaġa li qatt ġratli meta kont 150 kilo mhux meta għajjruni oħxon, lanqas meta mort nixtri suit blue u s-salesman qalli li s-size tiegħi li hemm irrid nieħu u mhux li nixtieq jien iżda l-agħar mument meta aċċetajt lili nnifsi kif kont u gdibt miegħi innifsi li jien hekk jien, ma hemm xejn x’nista’ nagħmel u allura irrid inkun kuntent hekk kif kont.”
X’determinazzjoni għandek Joseph! Nammirawk u tagħti ħafna kuraġġ lil ħaddieħor.
“Jekk vera tħobb lilek innifsek, ħobb lilek innifsek kif int illum imma għamel li hemm bżonn biex għada tkun aħjar u tħobb lilek innifsek ftit aktar mil-lum”, spiċċa Joseph.
Awguri, prosit u kuraġġ.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com