Illum Is-Sette Giugno … Meta L-Maltin Bdew Iwittu T-Triq Biex Malta Tkun F’Idejhom
“Fis-Sette Giugno nfakkru l-memorja ta’ ħutna Maltin li ħallsu b’demmhom għall-kisbiet politiċi.
Id-demokrazija parlamentari bdiet minn din il-ġrajja storika.
Xogħolna hu li dak li nibet 103 snin ilu nibqgħu nsostnuh u nsaħħuh b’aktar riformi li jagħmlu differenza f’ħajjet in-nies.”
Hekk kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali tiegħu. Din kienet ġrajja importanti għall-istorja ta’ pajjiżna. Bis-saħħa tas-Sette Giugno, Malta ngħatat Self Government fl-1921 fejn il-Maltin bdew imexxu wħud mill-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Insellmu l-memorja tagħhom.