“Illum Jibda D-Dibattitu Fil-Parlament Għall-Emendi Fil-Liġi Tal-IVF” – Chris Fearne

 “Illum Jibda D-Dibattitu Fil-Parlament Għall-Emendi Fil-Liġi Tal-IVF” – Chris Fearne

Hekk kiteb id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-midja soċjali tiegħu fejn spjega kif l-emendi jistgħu jinqasmu fi 3 kategoriji.

1. Nirfinaw il-liġi tal-IVF tal-2018 billi:
a) Niffaċilitaw d-donazzjoni tal-oocytes minn pajjiżi barranin,
b) Nippermettu t-trasferiment ta’ embrijuni krijo-priservati f’pajjiżi barranin lejn Malta sabiex l-IVF issir Malta stess,
c) Inneħħu l-affinità bħala ostaklu għad-donazzjoni tal-gamiti.
2. Inżidu l-entitlement ta’ IVF mingħajr ħlas billi:
a) Ngħollu l-età sa meta tista’ ssir l-IVF – sa 45 sena,
b) Inżidu ċ-ċikli ta’ IVF mingħajr ħlas,
c) Noffru s-servizz ta’ IVF anke lil min diġà għandu l-ewwel wild.
3) Nippermettu lit-tobba u speċjalisti tagħna jagħmlu użu mill-aħħar teknoloġija medika, sabiex nevitaw stejjer ta’ qsim il-qalb ta’ trabi li jitwieldu biċ-ċertezza li se jmutu fi ftit ġimgħat jew xhur.
“Illum ukoll, qabel id-dibattitu, bi trasparenza sħiħa ser inpoġġi fuq Il-Mejda tal-Kamra abozz tal-protokol relatat ma’ dawn l-emendi.
Sal-lum, bl-IVF twieldu 425 ħajja ġdida ġewwa pajjiżna. Illum inkomplu nżidu l-opportunità għal aktar ħajjiet ġodda”, temm jgħid Fearne.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com