Inċident Bejn Kick Scooter U Toyota Corolla F’San Ġiljan
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm Taljan ta’ 36 sena, u Toyota Corolla, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti Birżebbuġa.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.