Inċident Bil-Mutur Fix-Xagħra Għawdex

Raġel ta’ 67 sena residenti x-Xagħra Għawdex, għal xi s-sitta u nofs ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, ix-Xagħra, Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Isuzu Elf, misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti Raħal Ġdid, u mutur Honda, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.