Inċident Tat-Traffiku Bejn Mutur u Karozza

 Inċident Tat-Traffiku Bejn Mutur u Karozza

Illum, għal xi 7:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Hompesch, il-Fgura. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Sumup misjuq minn raġel ta’
35 sena residenti Wied il-Għajn u Mercedes E 270 misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Fgura.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ritratt mill-Arkivji

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com