Inċident Tat-Traffiku Fin-Naxxar – Kien Hemm Tarbija Ta’ 4 Xhur Fil-Karozza

 Inċident Tat-Traffiku Fin-Naxxar – Kien Hemm Tarbija Ta’ 4 Xhur Fil-Karozza

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq is-Salina, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Peugeot 108 misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Ħal Għargħur u Ford Fusion misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti Tas-Sliema.

Fil-Peugeot, kien hemm ukoll tarbija ta’ 4 xhur.

Involuti fl-inċident kien hemm ukoll żewġt nisa ta’ 62 sena u 35 sena, it-tnejn residenti Tas-Sliema, tifel ta’ 6 snin u tifla ta’ sentejn, li kienu passiġġiera fil-Ford. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi ħadu l-persuni li kienu fil-Peugeot, iż-żewġt itfal u l-mara ta’ 62 sena l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Aktar tard, il-mara ta’ 62 sena ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi, it-tlitt itfal ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara ta’ 28 sena għadha mhix magħrufa.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com