Inċident Tat-Traffiku Ż-Żejtun

 Inċident Tat-Traffiku Ż-Żejtun

Mara ta’ 62 sena residenti ż-Żejtun, għal xi s-sebgħa u kwart ta’ filgħodu, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Żammit, iż-Żejtun.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara, intlaqtet minn Toyota 4Runner li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 57 sena residenti Marsaxlokk.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com