Ippreżentati Warrants Lil Żewġ Nutara Ġodda Li Wrew Il-Kompetenza Li Jeżerċitaw Il-Professjoni Legali
Il-Ministru Attard, filwaqt li awgura lin-nutara l-ġodda, saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess xieraq għar-rappreżentanza notarili lil kull ċittadin u jgħinu lil min jiġi fil-bżonn tas-servizzi tagħhom. Tenna li huma għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà, b’imparzjalità u b’rispett sħiħ lejn il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Johan Galea, in-Nutar Ewlieni tal-Gvern Dr Keith German, l-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg u l-President tal-Kunsill Notarili Dr Malcolm Mangion.
Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott