Ir-Redentur Tal-Isla Reġa’ Ħareġ Fit-Toroq Wara 3 Snin
Illum il-Ħadd, ir-Redentur mirakoluż tal-Isla reġa’ ħareġ fit-toroq ta’ din il-Belt. Ir-Redentur tal-Isla jitgawda għal tlett darbiet fis-sena fit-toroq mill-pubbliku; il-pellegrinaġġ Djoċesan li jsir f’Marzu, fil-Ġimgħa l-Kbira u fil-festa tiegħu f’Ġunju. Għalhekk uffiċjalment ilu ma joħroġ fit-toroq tal-Isla 3 snin, bl-aħħar darba tkun fl-2019.
Il-pellegrinaġġ bir-Redentur mat-toroq tal-Isla sar wara quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Bażilika ta’ Marija Bambina. L-Arċipriet tal-Isla Robin Camilleri rringrazzja lil kulħadd għall-kooperazzjoni; lill-Kapitlu, lis-Sależjani u lis-Saċerdoti. Irringrazzja wkoll lill-voluntiera, lill-pulizija u lil kull pellegrin li għamel din il-mixja flimkien ma’ Ġesu’ Redentur.
Ritratti: Aċidjoċesi ta’ Malta