Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg Tipproponi Għajnuna Annwali Lin-Nanniet Li Jgħinu Lill-Ġenituri Fit-Trobbija Tal-Familja

 Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg Tipproponi Għajnuna Annwali Lin-Nanniet Li Jgħinu Lill-Ġenituri Fit-Trobbija Tal-Familja

Fid-diskors tagħha fil-Parlament, is-Segretarju Parlamentatri Rebecca Buttigieg qalet kif illum għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Madankollu, hija saħqet li fir-realtajiet tal-lum, l-għajnuna tan-nanniet hija indispensabbli hekk kif qed jgħinu lil ħafna ġenituri jkomplu bil-karriera tagħhom għax jgħinuhom billi jżommulhom it-tfal f’dawk il-ħinijiet li ma jkunux l-iskola jew childcare. Hi qalet li dawn il-persuni qed jipprovdu servizz li għandu jiġi rikonoxxut mill-istat għalhekk ipproponiet diskussjoni biex jibda’ jingħata bonus ta’ darba fis-sena li jservi ta’ kumpens għall-ispejjeż tagħhom iżda aktar minn hekk bħala grazzi għas-servizz li qed jagħtu. Illum aktar minn qatt qabel li jkollok in-nanniet daqshekk aċċessibbli huwa importanti ferm mill-att soċjali apparti li jgħatu imħabba liema bħala lit-tfal.

Buttigieg qalet ukoll kif il-ħin mal-familja sar limitat wisq li qed jitqies prezzjuż kważi minn kwalunkwe ħaġa oħra. Filwaqt li Gvern Laburista jrid ikomplu jinċentiva x-xogħol u l-bżulija, fl-istess ħin bħala pajjiż irridu nindirizzaw sfidi ġodda li l-familji qed jaffaċċjaw kuljum fosthom il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tad-dar.

Inti x’taħseb minn din il-proposta?  

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com