Isofri Ġrieħi Gravi Waqt Li Kien Qed Jaħdem Bi Grinder
Illum, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa fabbrika f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li ħaddiem mill-Indja ta’ 54 sena, sofra xi ġrieħi f’idu waqt li kien qed jaħdem bi grinder.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.