Jagħlaq Il-Perjodu Tal-Proċess Għall-Espressjoni Ta’ Interess Fl-Elezzjoni Ta’ Viċi Kap Tal-PN
F’nofsinhar illum għalaq iż-żmien għal dikjarazzjoni ta’ interess, kif stipulat fl-Istatut tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Matul il-proċess, il-Kummissjoni rċeviet dikjarazzjoni ta’ interess mingħand: – Alex Perici Calascione
Aktar tard illum il-Kummissjoni Elettorali se titlob lill-Kummissjoni Kandidati biex tibda minnufih il-proċess li jmiss: dak ta’ due diligence.
Wara li l-Kummissjoni Kandidati tikkonkludi x-xogħol tagħha, il-Kummissjoni Elettorali tiftaħ il-proċess għan-nomina uffiċjali għal Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan intqal fi stqarrija minn Peter Fenech, Chairman tal-Kummissjoni Elettorali Interna fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.