Jekk Taf Xi Ħadd Għaddej Minn Dipressjoni, Issaqsiehx Għaliex

 Jekk Taf Xi Ħadd Għaddej Minn Dipressjoni, Issaqsiehx Għaliex

“Jekk taf lil xi ħadd li għaddej minn dipressjoni, qatt tistaqsihom għaliex. Id-dipressjoni mhix risposta sempliċi għal sitwazzjoni ħażina; id-dipressjoni hija bħat-temp.” Hekk spjega Dr Nicholas Briffa fuq il-midja soċjali tiegħu fejn spjega biex dak li jkun, irid jipprova jifhem xi jkun qed iħoss jew minn xhiex għaddej ħaddieħor.

“Ipprova ifhem is-swidija, it-telqa, in-nuqqas ta’ tama, u s-solitudni li dak li jkun għaddej minnu. Kun hemm għalih! Huwa diffiċli li tkun ħabib ma’ xi ħadd li għandu d-dipressjoni, imma hija waħda mill-iktar affarijiet ġentili, nobbli u mill-aqwa li qatt tista’ tagħmel”, temm jgħid Briffa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com