Jeremy Jistaqsi Jekk Hux Insult Lejn Dawk Li Mietu B’Inċidenti Tan-Nar Li Ngħidu Li Tal-Bieraħ Salvathom Il-Madonna?!

 Jeremy Jistaqsi Jekk Hux Insult Lejn Dawk Li Mietu B’Inċidenti Tan-Nar Li Ngħidu Li Tal-Bieraħ Salvathom Il-Madonna?!

Jeremy J Camilleri spiss jikteb kummenti bil-għan li jqajjem ħsieb u dak li jkun jaħseb qabel jitkellem.

Dwar l-aċċident tal-bieraħ fil-Mosta b’rabta mal-isplużjoni tal-kamra tan-nar staqsa hekk: “Meta jsir aċċident, li fih seta’ jweġġa’ xi ħadd, imma li b’ xorti tajba ma seħħx hekk, li jkun hemm balla nies jgħidu li salvahom alla jew il Madonna, mhux insult lejn kull min miet f’ incidenti simili?”

Kompla jistaqsi: “Jiġifieri qed jgħidu li min miet b inċident għax ma kienx ħaqqu li jsalvawh?” Qal li qed jaħseb hekk għaliex jista’ minħabba li hu mhux reliġjuż, imma temm jistaqsi jekk hemmx nies oħra li jemmnu u jarawha mill-istess ħsieb tiegħu?!
Intom x’taħsbu dwar dan?
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com