Joħroġ Mill-Isptar U Jmur Jirringrazzja Lil Santa Marija
Niki Magro ħareġ mill-isptar Mater Dei wara li l-ġimgħa li għaddiet kien wieħed mill-persuni li għadda minn esperjenza xejn sabiħa fl-isplużjoni li seħħet fil-kamra tan-nar fil-Mosta.
“Issa li ninsab rikoverat id-dar nixtieq nirringrazzja lil kull min ħaseb fija , ċempilli jew bagħatli messaġġ, dawk kollha li ġew jarawni l-isptar, lill-istaff kollu ta’ MDH , lis-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awwissu A.D 1983 u fl-aħħar u mhux l-inqas lill-membri tal-familja kollha.”, kiteb Magro fuq il-midja soċjali tiegħu.
Bla dubju rringrazzja lil Santa Marija u lil sħabu kollha f’dak il-mument ta’ paniku.