Kanzunetta Ġdida Mill-Grupp ‘Different Minds’

 Kanzunetta Ġdida Mill-Grupp ‘Different Minds’

Wara s-suċċess bil-kanzunetta ‘Across the Borderline’ fis-sajf tal-2020 fejn għamlet numru ta’ ġimgħat fil-quċċata tal-klassika Maltija, il-band Different Minds ħarġu diska ġdida bl-isem ‘Helping Hand’.

Din id-diska titkellem dwar kif ħadd ma jista’ jgħix waħdu u biex wieħed japprezza l-mumenti ta’ xi tipi ta’ għajnuna li jkollu bżonn matul ħajtu. Il-kliem u l-arranġament mużikali huma tal-kantant Robert G. Apparti Robert G, il-band hija komposta minn Jason Mizzi u Gabriel Azzopardi fuq il-kitarri, Godwin Debono fuq il-bass guitar, Rodrick Eddleston fuq id-drums u Elton Abela fuq il-keyboards.

Id-diska l-ġdida hi aċċessibli fuq YouTube https://www.youtube.com/watch?v=vjP2uFPGBgk jew fuq il-Facebook page tal-band Different Minds Malta https://www.facebook.com/Differentmindsmalta

Il-gigs tagħhom huma magħrufa għal mużika alternative/indie pop rock ta’ kull ġeneru kif ukoll għal diski oriġinali li ħarġu matul is-snin fosthom ‘I can change’, ‘Only on his way’ u ‘Across the borderline’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com