“Kif Nistgħu Ninsew Dak L-Aċċent Ħelu Tiegħek Għawdxi?…” – Matthias Iħalli Vojt Kbir Warajh

Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares tħabbar li Matthias ħalliena. Dan iċ-ċkejken kien deskritt bħala xempju ta’ ferħ u dawl.
“Kif qatt nistgħu ninsew dak il-leħen ħelu, il-ferħ, l-aċċent Għawdxi, it-tbissima li tnessik kull dwejjaq, it-tgħannieqa tiegħek …”, intqal fuq facebook hekk kif spjegaw li l-firda minnu se tibqa’ tinħass għal dejjem.
Sar appell biex isir talb mill-qalb għall-ġenituri tiegħu Joanne u David f’dawn il-mumenti.
Insellmu l-memorja ta’ Matthias.