L-Aħħar Xahar Ta’ Espresso Wara 7 Snin Ta’ Skedi Kuljum

 L-Aħħar Xahar Ta’ Espresso Wara 7 Snin Ta’ Skedi Kuljum

Fil-‘my story’ fuq instgram tal-preżentatur/Sindku Wayne Aquilina, ittella’ li dan huwa l-aħħar xahar tal-programm popolari Espresso fuq ONE TV.

Dan wara 7 snin sħaħ ta’ skedi bla waqfien. Espresso ħa fama tajba u kien jinżel tajjeb mat-telespettaturi fejn Wayne Aquilina flimkien ma’ kollegi tiegħu bħal Josette Sciberras u l-karattru simpatiku ta’ Agnes Pandolfino, kienu joffru sigħat ta’ divertiment u informazzjoni ta’ kuljum.

Premjijiet ma kinux neqsin u anke divertiment u xi ċajta l’hinn u l’hawn. Tista’ tgħid li fuq Espresso, marret kull personalità Maltija nkluż politiċi, awtoritajiet tal-pajjiż, kantanti u artisti, tobba u anke ċittadini li kellhom tagħrif x’joffru jew mumenti ħelwin x’jaqsmu mat-telespettatur li kien isegwi.

Minn Stradarjali.com, nawguraw lil Wayne u t-tim tiegħu, l-isbaħ suċċess għall-futur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com