L-Ewwel Edizzjoni Tal-Malta Flamenco Festival

 L-Ewwel Edizzjoni Tal-Malta Flamenco Festival

L-ewwel edizzjoni tal-Malta Flamenco Festival ser isir fi Ġnien il-Gardjola nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022 u nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2022 mis-7 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Kull min ser jattendi ser ikun jista’ jgawdi atmosfera influwenzata mill-flamenco, forma ta’ żfin ibbażat fuq mużika folkloristika bit-tradizzjonijiet tan-nofsinhar ta’ Spanja.

Il-festival ser iservi bħala pjattaforma għall-artisti varji mix-xena tal-flamenco ġejjin direttament minn Spanja għal Malta, fost dawn hemm Alejandro Estrada, Kiko de Alcala’, Edurne Portilla u Alejandro De Chacon. Anke artisti lokali ser ikunu qed jieħdu sehem.

Waqt dan il-festival li ser ikun mifrux fuq jumejn, ser ikun hemm ikel u għażla ta’ inbid. Dan il-Festival huwa appoġġjat mill-Kunsill Lokali tal-Isla u La Vinole’. Il-prezz tad-dħul huwa ta’ €15 għal ġurnata waħda u min jattendi għaż-żewġ iljieli l-prezz huwa ta’ €25 . Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq eventbrite.co. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 79216128

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com